Il-proġett ta’ Bieb il-Belt miexi skont il-pjan rivedut

Il-Kap Eżekuttiv tal-Korporazzjoni responsabbli mir-riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir, Chris Paris, ikkonferma ma’ Newsbook.com.mt li l-proġett ta’ Bieb il-Belt se “jitlesta sostanzjalment” sa Marzu li ġej.

Spjega li l-proġett finali għandu jitlesta għal kollox sa Ġunju tal-2014.

Chris Paris ikkonferma wkoll li wara li f’Lulju li għadda, il-baġit għal dan il-proġett żdied b’€6 miljun, issa jidher li din l-ispiża riveduta se tinżamm jew tinqabeż bi ftit.

Intant il-perit Renzo Piano jinsab Malta u iktar tard dalgħodu se jiltaqa’ mal-Ispeaker tal-Parlament Dr Anġlu Farrugia.

Renzo Piano ngħata it-titlu ta’ Senatur għal Ħajtu mill-President tal-Italja u fiż-żjara tiegħu f’Malta mistenni jżur dan il-proġett.

F'Lulju li għadda kien ġie rrapurtat li l-ispiża fuq dan il-proġett kellha titla' b'€6 miljun oħra.

Ħalli l-kumment tiegħek hawn taħt b'ismek u kunjomok.