Il-Proġett Nazzjonali kontra l-Għargħar jitlesta bħal lum sena

Il-Proġett Nazzjonali kontra l-għargħar mistenni jitlesta sal-bidu ta’ Awwissu 2014.

Dan il-proġett li qed isir b’investiment ta’ €57 miljun, jinkludi l-kostruzzjoni ta’ 16-il kilometru ta’ mini, biex jilqgħu fihom l-ilma tax-xita, mill-postijiet li jsofru l-aktar għargħar.

Dawn il-lokalitajiet jinkludu Ħ’Attard, Ħal Balzan, Ħal Lija, l-Iklin, Birkirkara, l-Imsida, il-Gżira, Ħaż-Żebbuġ, Ħal-Qormi, Ħaż-Żabbar u Marsaskala.

Il-mira prinċipali tal-proġett nazzjonali hi l-immaniġġar tal-ilma tax-xita li bħalissa huwa ta’ periklu u dannu għall-pubbliku, u li dan isir b’tali mod biex kemm jista jkun l-ilma tax-xita jkun jista jintuża bħala riżors. 

 

Ritratti: DOI – Pierre Sammut