Il-proġett fix-xatt ta’ Bormla għandu jkun lest sa Settembru

Il-proġett tal-Baċir Numru Wieħed f’Bormla għandu jkun lest sa Settembru. Dan ħabbru l-Ministru tal-Infrastruttura Joe Mizzi waqt żjara li għamel fix-xatt ta’ Bormla fejn qed isir il-proġett. Mizzi sostna li l-Gvern ġdid jinsab determinat li l-proġett jitlesta meta pjanat.

Intqal li x-xogħolijiet f’Xatt ir-Riżq jinsabu lesti iżda tal-Waterfront twaqqfu meta kuntrattur Taljan kien imkeċċi. Intqal ukoll li x-xogħol ta’ pavimentar fi Pjazza Paolino Vassalli għandu jitlesti sal-aħħar tax-xahar. Hu mifhum li l-ġimgħa d-dieħla se joħorġu t-tenders għall-ġnien ġdid u dan bil-għan li kollox jitlesta sa’ Settembru li ġej.

Ritratti: DOI – Jeremy Wonnacott