Il-Professur Gauci se tindirizza l-midja għada

Read in English.

Is-Supretendent għas-Saħħa Pubblika, l-Professur Charmaine Gauci mistennija li tindirizza lill-midja briefing organizzat għall-ġurnalisti dwar is-sitwazzjoni tal-pandemija f’Malta. Sorsi infurmati qalu ma’ Newsbook.com.mt li din il-konferenza se ssir mill-berġa ta’ Kastilja.

Fl-Editorajl ta’ Newsbook.com.mt, Fr Joe Borg appella għal trasparenza assoluta minn naħa tal-Gvern. Huwa qal li n-nies għandhom dritt għall-informazzjoni sħiħa u korretta. Kien għalhekk li appella biex l-Awtoritajiet tas-Saħħa jibdew il-konferenzi tal-aħbarijiet li kienu jsiru kuljum.

9 ġimgħat ilu ġew fi tmiemhom l-aġġornamenti regolari li s-Supretendent għas-Saħħa Pubblika kienet qed tagħti lill-midja. Dakinhar hija qalet li l-informazzjoni se tibqa’ toħroġ permezz tal-midja soċjali.

Il-ġimgħa li għaddiet, il-Professur Gauci ndirizzat konferenza tal-aħbarijiet mad-Deputat Prim Ministru Chris Fearne li fihom ġew imħabbrin miżuri ġodda biex titnaqqas l-imxija tal-coronavirus foasthom billi jkun hemm infurzar tas-social distancing f’attivitajiet tal-massa.

Illum tħabbar li l-għadd ta’ każijiet attivi f’Malta tela’ għal 267 każ hekk kif instabu 20 każ ġdid fil-komunità.