Il-produzzjoni mill-fabbriki f’Malta bl-ikbar tnaqqis fl-UE fuq sena

Xahar fuq xahar, il-produzzjoni mill-fabbriki fi Frar f’Malta kienet fost l-iktar li żdiedet fost il-pajjiżi tal-UE.
Imma meta t-tqabbil isir fuq bażi ta’ sena, Malta kienet l-iktar li marret ħażin fost it-28 pajjiż membru tal-UE.
Skont il-Eurostat, waqt li bejn Jannar u Frar, Malta kellha t-tielet l-ikbar żieda fil-produzzjoni mill-fabbriki tagħha bir-rata ta’ 1.8%, meta t-tqabbil isir bejn Frar ta’ din is-sena u dak tas-sena l-oħra, Malta kellha l-ikbar tnaqqis fl-UE – bi tnaqqis ta’ 4.6%.