Il-produzzjoni mill-fabbriki b’ċaqlieqa żgħira fuq sena qabel

L-NSO ppubblika ċ-ċifri għall-produzzjoni mill-fabbriki f’Malta f’Novembru, riveduta b’mod staġjonali.
Iċ-ċifri juru tnaqqis fil-produzzjoni ta’ 3.6% fuq ix-xahar ta’ qabel, imma ta’ żieda ta’ 0.8% fuq Novembru tas-sena ta’ qabel meta mqabbla mal-ġranet tax-xogħol.
Minn xahar għal xahar, żdiedet il-produzzjoni tal-enerġija (0.2%), imma naqset fil-kategoriji l-oħra.
Fuq bażi ta’ sena, kien hemm żieda sostanzjali (8.4%) fil-prodotti intermedjarji u fl-enerġija (2.9%) waqt li kien hemm tnaqqis fil-produzzjoni ta’ prodotti kapitali (5.5%) u għall-konsumatur (2.5%).