Il-produzzjoni industrijali tonqos f’Novembru

Il-produzzjoni industrijali f’Novembru naqset b’1.2% meta mqabbel ma’ Ottubru. 
Skont l-NSO, meta t-tqabbil isir mal-ġranet tax-xogħol ta’ Novembru tas-sena li għaddiet, il-persentaġġ ta’ dak li pproduċew il-fabbriki naqas bi 2.4%.