Il-produzzjoni fil-kostruzzjoni għaddejja b’ritmu ġmielu minkejja t-tnaqqis fl-UE

Ritratt: Arkivji

Il-qasam tal-kostruzzjoni f’ pajjiżna baqa’ għaddej b’ritmu mgħaġġel minkejja li l-produzzjoni fil-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea bgħattiet fir-ritmu.

Skont il-eurostat, il-produzzjoni fil-qasam tal-kostruzzjoni fil-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea nieżlet marġinalment f’ Ġunju meta mqabbla mal-istess xahar s-sena li għaddiet.

Madanakollu fit-tieni terz tas-sena f’Malta din żdiedet iktar minn 20 fil-mija meta mqabbla mal-istess perjodu fuq is-sena ta’ qabel.

Malta ma jżommx statistika xahar b’xahar iżda kienet kwazi fuq l-istess livelli tal-pajjiżi li rreġistraw l-ogħla żidiet bħar- Rumanija (+39.5%) u l-Ungerija (+32.9%).