Il-produzzjoni Fiddler on the Roof f’Għawdex

Nhar is-Sibt 4 ta’ Novembru, il-Ħadd 5 ta’ Novembru u l-Ħadd 12 ta’ Novembru se jaraw il-produzzjoni mużikali magħrufa internazzjonali, Fiddler on the Roof titgħella live fl-Oratorju Don Bosco f’Għawdex.
Fiddler on the Roof,  b’mużika ta’ Jerry Bock u lirika ta’ Sheldon Harnick, hija produzzjoni ambjentata fir-Russja Imperjali u tpoġġi fil-qalba tagħha t-taqbida ta’ missier sabiex jara li uliedu jsegwu t-tradizzjonijiet tar-reliġjin Lhudija fl-għażla tagħhom għaż-żwieġ. Il-produzzjoni oriġinali saret fl-1964 għat-teatru filwaqt li fl-1971 sar film li għadu s’issa magħruf għal siltiet popolari bħal ‘If I were a rich man’, ‘Traditions’ u ‘To life’. 
Fil-produzzjoni lokali ser ikunu qed jieħdu sehem fost l-aqwa talent Għawdxi fosthom Noel Galea fil-parti prinċipali ta’ Tevye u Maria Cassar fil-parti ta’ Golde. Oħrajn li ser jgħatu sehem f’din il-produzzjoni ser ikunu George Curmi il-Puse’, Ruth Portelli, Fabian Galea, Antonella Rapa u Lara Xerri Mompalao. Id-direzzjoni mużikali ser tkun f’idejn Dr. John Galea filwaqt li d-direzzjoni artistika hija f’idejn Jamie Camilleri, b’Simone Grech u Frances Zammit jieħdu ħsieb il-koreografija. 
Il-biljetti għal din il-produzzjoni jinkisbu mill-Oratorju Don Bosco f’Għawdex.