Il-prodott “PUMP IT Pre-workout” irtirat mis-suq

Il-prodott “PUMP IT Pre-workout” qed jiġi rtirat mis-suq.
Id-Dipartiment tas-Saħħa avża li l-kumpanija li timpurtah ġiet ordnata tirtirah minħabba preżenza ta’ ingredjent tal-ikel ġdid li mhux awtorizzat – l-agmatine sulphate.
Avża direttament lill-pubbliku wkoll minħabba li l-prodott laħaq inbiegħ u xi kwantitajiet iddaħħlu f’Malta bil-posta personali.
Il-prodott joriġina mill-Polonja u jinbiegħ f’pakketti tal-kartun b’piż ta’ 200 gramma.