Il-Prodott Gross Domestiku jiżdied b’6.6%

Ċifri uffiċjali maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) juru li l-Prodott Gross Domestiku kiber b'6.6% meta mqabbel mas-sena li għaddiet.
Madankollu, it-tkabbir fl-aħħar tliet xhur tas-sena l-oħra naqas meta mqabbel mal-istess kwart tas-sena 2016.
L-NSO qal li l-Prodott Gross Domestiku (GDP) fl-2017 kien jammonta għal € 11,108.6 miljun, li jfisser żieda ta' €916.9 miljun jew 9% meta mqabbel mal-2016.
F'termini reali, il-GDP żdied b'6.6 fil-mija.