Il-Prodott Gross Domestiku jiżdied b’4%

Il-Prodott Gross Domestiku matul l-ewwel kwart tal-2015 kiber b’6% meta kkumparat mal-istess perjodu tal-2014.
Il-GDP fl-ewwel tliet xhur tas-sena kien jammonta għal €1.9 biljun, biex f’termini reali, il-GDP żdied b’4%.
Skont statistika tal-NSO, kien hemm tnaqqis ta’ 6% fil-manifattura.
F’termini reali, l-infieq fuq il-konsum żdied bi 2.7% waqt li ġie rreġistrat tnaqqis fl-esportazzjoni u l-importazzjoni.
L-istatistika turi ukoll kif id-Dħul Nazzjonali Gross huwa stmat b’valur ta’ €1.8 biljun.