Il-prodott gross domestiku fiż-Żona Ewro jibqa’ stabbli

Il-prodott gross domestiku fiż-Żona Ewro baqa’ stabbli filwaqt li fil-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea, il-GDP matul it-tieni kwart tas-sena żdied b’0.2%.
Skont ċifri li ppublikati mill-Eurostat, fl-ewwel kwart tal-2014, il-GDP żdied b’0.2% fiż-żona ewro u b’0.3% fl-Unjoni Ewropea.
Il-prodott gross domestiku fl-Istati Uniti fl-istess perjodu tas-sena żdied b’1%.
Il-GDP għal Malta matul it-tieni kwart tal-2014 baqa’ l-istess ħlief għal żieda ta’ 0.9% fuq il-GDP li kien irreġistrat fl-ewwel kwart tas-sena meta kkumparat mal-istess perjodu tas-sena ta’ qabel.