Il-proċess tal-annullament irid iżomm ’il bogħod mill-interessi ekonomiċi – Il-Papa

Il-Papa Franġisku appella biex l-interessi ekonomiċi jinżammu l-bogħod mill-proċess tal-annullamenti ta' żwiġijiet biex il-Knisja tagħti ġustizzja b’xejn bħalma Kristu jiġġustifika mingħajr ħlas.
Il-Papa kien qed jitkellem f’udjenza mal-parteċipanti ta’ kors dwar iż-żwieġ, organizzat mir-Rota Rumana.
Hu qal li fis-Sinodu tal-Isqfijiet, kien hemm min semma l-proċeduri twal u diffiċli li jaqtgħu qalb xi wħud biex jingħataw sentenza, waqt li xi Isqfijiet ressqu proposti dwar l-ispejjeż involuti għal kawża ta’ annullament.