Il-proċess dwar it-tneħħija ta’ Trump riesaq lejn tmiemu

U.S. Senator Bob Casey (D-PA), Senate Minority Leader Chuck Schumer (D-NY), Sen. Mazie Hirono (D-HI) and Sen. Tom Udall (D-NM) participate in a news conference prior to the resumption of opening arguments in the impeachment trial of U.S. President Donald Trump on Capitol Hill in Washington, U.S., January 23, 2020. REUTERS/Mary F. Calvert

Read in English.

Il-proċess tat-tneħħija ta’ Donald Trump llum se jkun qed jiffaċċja vot kruċjali hekk kif is-senat Amerikan irid jivvota jekk isejħux xhieda oħra u jitwalu l-proċeduri storiċi jew inkella jintemm l-proċess f’iqsar żmien kif qed jesiġi l-President Trump.

Id-Demokratiċi fis-Senat kienu qed jargumentaw li għandha tinstema x-xhieda ta’ nies bħal John Bolton, l-ex-konsulent ta’ Trump responsabbli mis-sigurta nazzjonali. Madanakollu jidher li ma’ kienx hemm l-appoġġ neċessarju mis-senaturi Republikani. Ir-Republikani għandhom il-kontroll tas-senat. 

Is-senatur Lamar Alexender, li kien għadu indeċiz, ħabbar il-Ħamis li d-Demokratiċi għandhom każ kontra Trump, imma l-azzjonijiet tal-President ma’ kienux gravi biżżejjed biex jitneħħa Trump. 

Jekk ma’ jkun hemm ħadd li jbiddel fehmtu mir-Repubblikani, id-Demokratiċi mhux ser ikollhom l-ammont ta’ voti neċessarji biex jkun hemm smiegħ ta’ aktar xhieda. 

Għaldaqstant il-vot finali jittieħed llum jew għada.