​Il-proċess biex jinbiegħ il-Palazz ta’ Selmun se jibda dalwaqt

Il-proċess kompetittiv biex permezz tiegħu tingħata konċessjoni għall-Palazz ta’ Selmun se jibda fi żmien qasir.
S’issa għad m’hemm ebda prezz minimu stabbilit mill-Gvern jew mill-Air Malta, li l-Gvern qed jimmira li jdaħħal mill-bejgħ tal-Palazz.
Il-Ministru tat-Turiżmu Edward Zammit Lewis qal dan fil-Parlament fi tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari tad-deputat Nazzjonalista Ċensu Galea.
Spjega li matul din is-sena, il-Gvern għandu l-ħsieb li jbiegħ biss dan il-palazz flimkien mal-lukanda kontigwa miegħu. Spjega wkoll li l-bejgħ se jsir permezz tal-kumpanija Selmun Palace Hotel Co. Ltd.
F'Ottubru li għadda kienet ħarġet l-aħbar li l-Air Malta biegħet dan il-Palazz lill-Gvern bil-għan li tnaqqas it-telf finanzjarju tagħha għas-sena 2014