“Il-proċedura għall-ħruġ tar-Renju Unit qed issir bil-maqlub” – Alfred Sant

L-Ewroparlamentari Alfred Sant sostna li l-proċedura sabiex ir-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropea (UE) nhix realistika, u se żżid l-inċertezzi nejn iż-żewġ naħat minħabba l-mod kif qed jimxu l-affarijiet.
Huwa qal dan wara li astjena milli jivvota fil-Parlament Ewropew għal riżoluzzjoni dwar il-pożizzjoni tal-parlament fin-negozjati bejn l-UE u r-Renju Unit.
Sant hu tal-idea li l-ewwel tiġi diskussa u ffinalizzata r-relazzjoni tar-Renju Unit mal-UE, imbagħad bi progress gradwali tintlaħaq dil-pożizzjoni.
Kuntrarjament għall-ħsieb ta’ Sant, il-Parlament Ewropew l-ewwel qed jiddiskuti kif se jiddivorzja minn mar-Renju Unit, imbagħad wara beħsiebu jiddiskuti t-termini u l-kundizzjonijiet. Sant qal fi stqarrija li dan ma jagħmilx sens.
Huwa lmenta wkoll li l-ħin li ngħataw l-Ewroparlamentari biex jaħsbuha dwar dan l-argument kien ftit wisq.
Barra minn hekk, l-Ewroparlamentari wera t-tħassib tiegħu għad-deċiżjoni tal-parlament li qabbad biex jirrappreżentah fit-trattati mar-Renju Unit, membru li jaqla l-flus minn sorsi barra l-Parlament, iżda b’relazzjonijiet miegħu. Sant akkuża lill-Parlament Ewropew li mhuwiex daqstant trasparenti, minħabba l-kunflitt ta’ interess ta’ dil-persuna.
Ir-rappreżentant maħtur mill-parlament huwa Guy Verhofstadt, Ewroparlamentari Olandiż kap tal-partit liberali ALDE.
Ir-riżoluzzjoni għaddiet b’516 favur, 133 kontra u  50 astensjoni.