Il-problema tal-migrazzjoni Griega hija problema Ewropea – Von der Leyen

Riot police officers try to disperse a group of migrants gathered outside the port of Mytilene, Greece, March 3, 2020. REUTERS/Costas Baltas

Read in English.

L-Unjoni Ewropea wegħdet li ser tagħti għajnuna ta’ madwar €700 miljun lil Greċja biex tkun tista’ tiffaċċja l-kriżi ta’ imigrazjoni li għandha fil-preżent, wara li t-Turkija waqqfet is-sorveljanza li kienet qed tagħmel fil-fruntiera bejn iż-żewġ pajjiżi.

Il-President Tork, Tayyip Erdogan kien ħabbar li ma kienx ser iwaqqaf lir-refuġjati Sirjani milli jaqsmu l-fruntiera bejn iż-żewġ pajjiżi. 

Il-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula Von Der Leyen qalet li l-isfida li hemm fuq il-fruntiera Griega hija sfida għall-Ewropa kollha. Saħqet li l-Ewropa ser tibqa magħqduda quddiem din l-isfida.

L-Unjoni Ewropea trid tevita li jkun hemm sitwazzjoni bħal ma kien para fil-kriżi tal-migrazzjoni li l-Ewropa esperjenzat bejn l-2015 u l-2016.

Għaldaqstant, l-Ewropa ħabbret li ser tagħti 700 miljun Ewro iktar lill-Greċja biex tgħinha tiffaċċja din il-kriżi.