Il-problema fiż-Żona Ewro hija d-diverġenza bejn żoni differenti – Alfred Sant

Il-Membru tal-Parlament Ewropew Alfred Sant qal li problema essenzjali taż-Żona Ewro hija d-diverġenza dejjem tiżdied bejn żoni differenti tal-Ewropa, l-aktar bejn it-tramuntana u n-nofsinhar.
L-Ewroparlamentari Malti kien qed jirreaġixxi għal rapport fuq il-governanza ekonomika fl-Unjoni Ewropea imressaq mill-MEP Pervenche Berès, Kap tad-Delegazzjoni Franċiża fl-S&D. Sant ivvota kontra dan ir-rapport.
Sant qal li l-benchmarks biex tistabilizza u titmexxa s-sistema, miġbura fir-riżoluzzjoni ta’ Berès, jattakkaw biss is-sintomi u mhux is-sistemi ekonomiċi li qed joħolqu r-riżultati li għandna.  Dawn il-benchmarks jistgħu jkomplu jikkontribwixxu biex jiżdiedu d-diverġenzi li diġa’ jeżizistu fiż-Żona Ewro.
Finalment, 317 MEP ivvotaw favur, 254 ivvutaw kontra u 9 astjenew. Alfred Sant u d-delegazzjoni Maltija kollha (S&D u EPP Malta) ivvotaw kontra l-vot final tar-riżoluzzjoni.