Il-privileġġ parlamentari m’għandux jibqa’ assolut – Whip Laburista

Il-Whip Laburista Byron Camilleri waqt il-programm Newsbook Hour - Ritratt Miguela Xuereb

Read in English.

Il-whip Laburista Byron Camilleri stqarr li wasal iż-żmien li jinqata’ l-privileġġ parlamentari. Dan jista’ jfisser li b’din il-proposta l-Membri Parlamentari jridu joqogħdu attenti qabel jgħaddu kumment fil-Parlament.

Waqt il-programm Newsbook Hour fuq 103 FM, li jixxandar mit-Tnejn sal-Ġimgħa fis-1pm, Camilleri qal li l-liġi dwar l-immunità jew il-privileġġ parlamentari għandha tkun riveduta. Stqarr li dan minħabba li hemm membri mill-Oppożizzjoni li qed jabbużaw minn dan id-dritt parlamentari.

Hekk kif il-parlament reġa’ fetaħ din il-ġimgħa, Camilleri qal li apparti ħames seduti fil-bidu dwar emendi fl-abbozz ta’ liġi dwar l-Edukazzjoni, is-seduti l-oħra kollha sal-aħħar tas-sena se jkunu ddedikati għall-Baġit 2020 bl-għan li l-estimi kollha jiġu approvati qabel mal-parlament jaġġorna għall-btajjel tal-Milied u fil-ħin biex il-baġit ikun approvat qabel il-bidu tas-sena.

Fil-programm, ħa sehem ukoll il-whip Nazzjonalista Robert Cutajar.