Il-Prinċipessa Beatrice mhux se tiżżewweġ għalissa

Il-Prinċipessa Beatrice u l-għarus Edoardo Mapelli Mozzi uffiċjalment ħassru t-tieġ tagħhom fid-dawl tal-pandemija tal-koronavirus.

Il-koppja, li kienu se jiżżewġu f’St James Palace f’Londra fid-29 ta’ Mejju b’riċeviment wara ospitat mir-Reġina Eliżabetta II f’Buckingham Palace, ikkonfermat l-aħbarijiet il-bieraħ il-Ħamis.

“M’hemm l-ebda pjan li jbiddlu l-postijiet jew li jorganizzaw tieġ akbar. Huma lanqas biss qed jaħsbu dwar it-tieġ tagħhom f’dan il-ħin,” qal kelliem għall-koppja qal lil ġurnal Ingliż. “Se jasal iż-żmien  li kollox jirranġa imma żgur mhux għalissa.”

Il-Gvern Ingliż nhar il-Ħamis ħabbar li l-lockdown fil-pajjiż kollu se jkompli mill-inqas tliet ġimgħat oħra.

Ta’ min ifakkar li fil-bidu ta’ kien intqal li l-COVID-19 seta’ jkollu impatt fuq it-tieġ ta’ Beatrice u Mozzi.

Mozzi, li għandu 37 sena, hu t-tifel tal-Konti Alessandro “Alex” Mapelli-Mozzi, ibbażat fi Franza. Huwa kien ippropona lil Beatrice,  ta’ 31 sena, waqt li kienu f’Capri f’Settembru li għadda.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn