Il-Prinċep William jirtira mill-RAF

Il-Prinċep William se jħalli l-armata wara li serva għal dawn l-aħħar seba’ snin.

Din il-ġimgħa stess id-Duka ta’ Cambridge waqaf mir-rwol li kellu fis-sezzjoni tat-tiftix u s-sokkors fl-RAF.

Huwa mistenni li l-Prinċep William issa jiffoka f’ħidma ta’ karita’ flimkien ma’ martu Kate Middleton.

Huwa mistenni wkoll li d-Duka u d-Dukessa ta’ Cambridge flimkien mal-Prinċep George imorru jgħixu f’Kensington Palace.