Il-Prinċep William jgħid li sar iktar emozzjonali meta sar missier

Il-Prinċep William qal li meta sar missier sar “ħafna iktar emozzjonali” u beda jirrealizza iktar kemm hi prezzjuża l-ħajja.
Qal li avvenimenti dinjin u l-idea li ma jkunx biżżejjed ħdejn uliedu biex jarahom jikbru affettwatu ħafna wara t-twelid tal-Prinċep George u tal-Prinċipessa Charlotte.
Il-Prinċep, li għandu 33 sena, sostna li qatt ma kien jinkwieta wisq dwar l-affarijiet, iżda issa sar jinkwieta ħafna iktar, anke dwar l-affarijiet iż-żgħar. Qal li sar ikun affetwat ukoll ħafna iktar bl-affarijiet li qed jiġru fid-dinja u saħaq li sar jaħseb bħal missier.