Il-Prinċep William iżur il-moskej f’New Zealand; jiltaqa’ mal-vittmi

Britain's Prince William greets New Zealand Prime Minister Jacinda Ardern (R) as he arrives at Masjid Al Noor in Christchurch, New Zealand, April 26, 2019. REUTERS/Tracey Nearmy/Pool

Il-Prinċep William qal li l-ideoloġi estremi rridu jinqerdu waqt li żar l-moskea fejn seħħ l-attakk brutali x-xaħar li għadda fi Christchurch, New Zealand.

AQRA: Telgħu għal 50 in-numru tal-vittmi f’New Zealand

Il-Prinċep Ingliż iltaqa’ ma’ dawk li baqgħu ħajjin wara l-attakk ftit qabel ma żar il-moskea.

AQRA: Aġġornata(2): Ritratti: Jattakka 2 moskej fi New Zealand; 49 mejta u 40 midruba

Huwa tkellem fil-moskea ta’ Al Noor waħda miż-żewġ moskej li spiċċaw fil-mira tal-estremist f’attakk li ħalla 50 persuna mejta waqt it-talb tal-Ġimgħa nhar il-15 ta’ Marzu. F’Al Noor inqatlu 43 persuna.

AQRA: Filmat: ‘Fi New Zealand hemm tolleranza kbira allura x-xokk kien akbar’

Il-Prinċep William qal li dak li ġara kien minħabba ideoloġija estrema li ġiet deskritta bħala waħda li ma taf l-ebda limiti. Kompla jgħid lil dawk preżenti inkluż il-Prim Ministru ta’ New Zealand Jacinda Ardern li l-estremiżmu fil-forom kollha tiegħu għandu jinqered.

Il-Prinċep għamel żjara ta’ jumejn fil-pajjiż f’isem nanntu, ir-Reġina Eliżabetta, li għandha 93 sena u li hi l-Kap tal-Istat ta’ New Zealand, wara talba li saret minn Ardern.

Fiż-żjara li għamel f’Al Noor, il-Prinċep iltaqa’ mal-Imam Gamel Fouda.

Huwa żar ukoll il-moskea ta’ Linwood.

AQRA: Filmat: ‘Dak li ġara fi New Zealand iħeġġeġ it-tixrid ta’ mħabba’ – Imam