Ritratti: Iż-żjara tal-Prinċep ta’ Wales f’Malta

Il-Prinċep ta’ Wales illum beda ż-żjara tiegħu ta' Malta, żjara li matulha se jattendi għaċ-ċelebrazzjoni tal-għoti tal-George Cross.
Iż-żjara bdiet b’laqgħa mal-Prim Ministru Joseph Muscat f'Kastilja. Wara żar ukoll il-Pro Katidral Anglikan ta’ San Pawl, fejn se ra xogħlijiet ta' restawr li se jiswew mat-€3 miljun. 
Illejla attenda kommemorazzjoni li matulha fakkar il-75 anniversarju mill-għoti tal-George Cross lill-Maltin.
Kien proprju r-Re Ġorġ VI li ta l-George Cross lil Malta nhar il-15 ta’ April, 1942 bħala għarfien tal-qlubija, tal-eroiżmu u tad-devozzjoni li l-Maltin urew tul l-assedju fit-Tieni Gwerra Dinjija.
Għada, il-Prinċep ta’ Wales jindirizza l-konferenza Our Ocean. Huwa mistenni li jiltaqa’ mal-parteċipanti tal-Prince’s Trust International, in-Nature Trust Malta, u fl-aħħar it-tempji ta’ Ħaġar Qim. 
Ritratti: DOI – Jason Borg, Omar Camilleri, Pierre Sammut, Reuben Piscopo