Il-Prinċep Philip jiddaħħal l-isptar

Il-Prinċep Philip iddaħħal l-isptar kmieni dalgħodu bħala miżura ta’ prekawzjoni.

Huwa ttieħed mir-residenza tar-Reġina f’Norfolk għall-Isptar King Edward VII f’Londra dalgħodu. Fi stqarrija, Buckingham Palace qal li ttieħed għall-osservazzjoni u trattament b’rabta ma’ kundizzjoni li ilu jbati biha. Dan sar b’parir tat-tabib tal-Prinċep Philip.

Ma ttiħidx bl-ambulanza peress li kien ippjanat li jiddaħħal l-isptar. Għandu jinżamm l-isptar għal ftit ġranet.

Id-Duka li għandu 98 sena rtira mill-ħajja pubblika f’Awwissu tal-2017.