Il-Prinċep Karlu pożittiv għall-coronavirus

Il-Prinċep ta’ Wales instab li hu pożittiv għall-coronavirus.

Il-Prinċep Karlu, li għandu 71 sena, għandu sintomi ħfief iżda “jinsab f’kundizzjoni ta’ saħħa tajba”. Id-Dukessa ta’ Cornwall, li għandha 72 sena, ukoll sarilha t-test, imma rriżulta fin-negattiv. Charles u Camilla issa jinsabu iżolati f’Balmoral.

Stqarrija uffiċjali tgħid li “mhux possibbli li wieħed jidentifika minn fejn laqqat il-virus, minħabba n-numru kbir ta’ attivitajiet li kellu fl-aħħar ġimgħat.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn