“Il-Prinċep iż-Żgħir” jitlaq lil Juventus wara 25 sena

Claudio Marchisio telaq minn mar-rebbieħa renjanti tas-Serie A wara li l-kuntratt tiegħu ntemm bi ftehim mal-klabb. Fl-2016 il-plejer ta’ 32 sena sofra injury serja fl-irkoppa li żammitu milli jkollu wirjiet konsistenti f’dawn l-aħħar żewġ staġuni.

L-eks plejer internazzjonali Taljan, li lagħab 55 darba għal pajjiżu, lagħab 389 darba għal Bianconeri u skurja 37 gowl. Marchisio, imlaqqam “Il-Prinċep iż-Żgħir” rebaħ seba’ titli tas-Serie A u erba’ darbiet il-Coppa Italia sakemm dam ma’ Juventus. Il-midfielder mhux mistenni jilgħab mat-tim Taljan ieħor u jista’ jkun il-każ li jmur jilgħab fil-Major League Soccer.