Il-Prinċep iħassar pjanijiet ta’ safar fl-aħħar minuta; Meghan qed twelled?

L-ammiraturi tal-familja rjali qattgħu l-aħħar ftit ġimgħat b’qalbhom imtertqa huma u jistennew l-aħbar tat-twelid tat-tarbija tal-Prinċep Harry u d-Dukessa Meghan. Illum, il-Prinċep ħassar pjanijiet ta’ safar għal Amsterdam fl-aħħar minuta, u dan qed iqajjem għajdut li t-tarbija jaf waslet.

Kelliem għad-Duka u d-Dukessa ta’ Sussex qal li ttieħdet id-deċiżjoni li ż-żjara ta’ Harry f’Amsterdam tiġi posposta mit-8 ta’ Mejju minħabba “ippjanar loġistiku” għall-midja assenjata għaż-żjarat u l-avvenimenti tal-familja rjali. L-istqarrija kompliet tgħid li l-Prinċep għandu jivvjaġġa lejn in-Netherlands fid-9 ta’ Mejju kif ippjanat.

Ħjiel għal meta se titwieled it-tarbija rjali ta’ Meghan u Harry

Ħafna assumew li Meghan kienet welldet baxx baxx fi Frogmore Cottage, lil hinn mill-kameras u l-ġurnalisti, meta tħabbar li Harry se jagħmel dan il-vjaġġ il-ġimgħa d-dieħla. Iżda l-aħbar li huwa kkanċella parti mill-vjaġġ fl-aħħar minuta qed tħasseb lil xi wħud.