Il-Prinċep Harry se jiltaqa’ mal-kunjatu?

meghan_and_harry

Propju qabel ma jaqbdu t-titjira għal Namibia fejn se jkunu qed iqattgħu l-qamar il-għasel tagħhom, qed jingħad li l-koppja Rjali l-ġdida se tkun qed iżżur lil missier Meghan Markle wara li ma setgħax jattendi għat-tieġ tagħhom.
Missier Markle, Thomas Markle, ma attendiex għat-tieġ wara li ħa parir mediku, minħabba operazzjoni f’qalbu li se jdum tul ta’ żmien biex jirkupra minnha.
Għalhekk il-koppja jidher li se tkun qed tasal wasla sal-Messiku, sabiex il-Prinċep Harry jkun jista’ jiltaqa’ ma’ missier Meghan għall-ewwel darba.