Il-Prinċep Harry jimxi fuq il-passi ta’ Lady Diana

Il-Prinċep Harry ta’ l-Ingilterra, bħalma kienet ommu Diana, huwa personalment impenjat fil-kampanja kontra l-mini splussivi, fejn qal li huwa rritanti il-mod kajman li bih qed issir il-ħidma biex jitneħħew dawn il-mini f’uħud mill-pajjiżi Afrikani.

Il-Prinċep  qal dan wara żjara li għamel f’Angola, fejn ried jara l-iżvilupp ta’ l-operazzjonijiet dwar it-tneħħija tal-mini.  Il-Prinċep Harry li huwa t-tieni tifel ta’ Diana li mietet fil-31 ta’ Awwissu 1997, qal li huwa ta’ tħassib għaliex il-pajjiżi li inizjalment poġġew il-mini ma’ kkontribwewx ukoll b’appoġġ finanzjarju biżżejjed sabiex titneħħa din it-theddida li tibqa’ hemm is-snin jekk ma’ titneħiex.