Il-Prinċep Harry jemozzjona ruħu waqt ċerimonja

Il-Prinċep Harry emozzjona ruħu huwa u jitkellem waqt iċ-ċerimonja mtellgħa mill-Well Child Awards. Matul din iċ-ċerimonja jiġu premjati tfal li jinsabu morda u dawk li jieħdu ħsiebhom

Il-Prinċep Harry u d-Dukessa ta’ Sussex Marghan Markle kienu qed jattendu għal din iċ-ċerimonja l-ewwel darba bħala ġenituri. Fid-diskors tiegħu l-Prinċep Harry viżibilment emozzjonat spjega li s-sena l-oħra meta attendew hu u d-dukessa biss kienu jafu li se jsiru ġenituri u waqt iċ-ċerimonja jiftakar jagħfas idejn Meghan.

Prinċep Harry spjega li waqt iċ-ċerimonja s-sena l-oħra beda jirrifletti li bħala ġenituri ġodda kemm hu kif ukoll Meghan ikunu lesti li jagħmlu minn kollox jekk it-tarbija jkollha xi sfidi kif titwieled jew maż-żmien. Huwa spjega li hekk kif beda jitkellem man-nies f’din iċ-ċerimonja nduna li qatt ma seta’ jifhem verament x’qed iħossu qabel ma hu stess sar ġenitur.