Il-Prinċep Harry jasal fil-Kanada għall-ħajja l-ġdida

Id-Duka ta’ Sussex wasal fil-Kanada fejn se jkun qed jipprepara għall-ħajja ġdida tiegħu ‘l bogħod mid-doveri rjali.

Il-Prinċep Harry wasal f’Vancouver dalgħodu fejn hemm iltaqa’ ma’ martu d-Dukessa ta’ Sussex, Meghan Markel u t-tifel tagħhom Archie li għandu tmien xhur. Dan kollu wara li l-Prinċep Harry qal li kien se jipprova xortih ‘il bogħod mill-ħajjar rjali. Sostna li ma kellu l-ebda għażla oħra ħlief li jagħmel dan.

Il-Prinċep Harry u Meghan mhux se jibqgħu jużaw it-titlu HRH (His /Her Royal Highness) u lanqas mhu se jirċievu iktar fondi minħabba impenji rijali. Id-Duka u d-Dukessa ta’ Sussex mistennija iħallsu lura £2.4 miljun li ħadu mit-taxxi għall-immodernizzar ta’ Frogmore Cottage li se jibqa’ d-dar tagħhom. Dan l-arranġament se jibqa’ jseħħ mir-Rebbiegħa li jmiss, l-istess Buckingham Palace qal.