Il-Prinċep Harry ħabbar li se jkun preżenti għall-finali tar-rugby

Id-Duka ta’ Sussex se jkun qed jattendi l-finali tat-Tazza tad-Dinja tar-Rugby li se tintlagħab nhar is-Sibt. Il-finali se tkun bejn l-Ingilterra u l-Afrika t’ Isfel u se tintlagħab ġewwa Yokahoma.

Il-Prinċep Harry, li riċentament irritorna pajjiżu wara li żar l-Afrika t’Isfel, huwa l-patrun tar-Rugby Football Union. Hu kien preżenti meta lura fl-2003 it-tim Ingliż rebaħ it-Tazza tad-Dinja f’Sydney. Hu kien ippreżenta wkoll it-trofew lill-captain ta’ New Zealand Richie McCaw fil-finali tal-2015.

Ħuh id-Duka ta’ Cambridge huwa l-patrun tal-Welsh Rugby Union. Wales tilfu ċ-ċans li jilagħbu fil-finali wara li tilfu kontra l-Afrika t’Isfel fis-semi finali.

It-tim Ingliż irnexxielu jagħmilha għall-finali għall-ewwel darba mill-2007.