Il-Prinċep George rċieva 800 rigal f’sena

Għad għandu ftit aktar minn sena u qala’ kważi 800 rigal. 
Il-Prinċep ta’ Cambridge, George Alexander Louis, li għandu 18-il xahar, hu l-uniku membru tal-Familja Rjali li qatt qala’ daqshekk rigali. 
Skont Kensignton Palace, meta f’April li għadda kien l-Awstralja u New Zealand, il-futur re tal-Ingilterra qala’ aktar minn 250 logħba u ġugarell u aktar minn 120 tip ta’ ħwejjeġ. 
B’kollox, meta kien l-Awstralja, il-Prinċep George rċieva 600 rigal, fosthom kotba, CDs, DVDs u dgħajsa żgħira, li żgur se jżommuh okkupat għal diversi xhur. 
Jidher li zijuh Harry tah seba’ flokkijiet tal-futbol u elmu tal-Formula 1.