Il-Prinċep George jagħlaq sena

Għalaq sena l-ewwel wild tal-Prinċep William u d-Dukessa Kate.
Huma rringrazzjaw lil kull min f’din l-aħħar sena xtaqilhom xewqat sbieħ.
Fl-okkażjoni t’għeluq snin il-Prinċep George, il-familja rjali għażlu li jagħmlu festin żgħir mal-familjari tagħhom fil-palazz f’Kensington.
Il-Prinċep George diġa’ żar New Zealand waqt żjara uffiċjali mal-ġenituri f’April li għadda.
Id-Dukessa ta’ Cambridge mistennija żżur Malta f’Settembru li ġej, iżda l-Prinċep George se jibqa’ l-palazz ma’ missieru.