Il-Prinċep George f’ritratt ġdid li ħafna qed jiggustaw

Ġie ppubblikat ritratt ġdid li fih jidher il-Prinċep George, ritratt li meta jarawh, ħafna mhux qed jirnexxielhom ma jitbissmux!
B’dik il-ħarsa ta’ tifel li hu filwaqt li jfaqqa’ tbissima kbira, qed iżomm id missieru. Dan ir-ritratt ittieħed fis-sajf tal-2015 għal bolla ġdida li fil-21 t’April se timmarka għeluq id-90 sena tar-Reġina Eliżabetta II.
Fir-ritratt, il-Prinċep George jidher flimkien ma’ tliet ġenerazzjonijiet ixjeħ ta’ eredi diretti għat-tron Brittaniku, ir-Reġina Eliżabetta II, binha l-Prinċep Charles u ibnu l-Prinċep William.