Il-Prim Ministru jgħid li kuntent bir-rapport tal-Awditur dwar il-Powerstation

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li hu kuntent bir-rapport li huwa sejjaħ bħala pożittiv tal-Awditur Ġenerali dwar il-Power Station ta’ Dellimara.

Skont il-Prim Minsitru, l-Awditur Ġenerali qal li l-offerta magħzula kienet l-aqwa u l-irħas offerta anki jekk, issokta il-Prim MInistru, ‘ikkoreġa’ dak li l-partit Laburista qed isejjaħ bħala ‘l-iżbalji amministrattivi li saru waqt il-proċess ta’ għażla’.

Il-Prim Ministru qal li fuq dan il-każ, l-Kap tal-Oppożizzjoni qed jagħmel żball ta’ €110 miljun fuq kalkoli dwar il-konsum tal-elettriku. Huwa qal li l-Awditur naqas fil-kalkoli tiegħu l-ispiża ta’ €300 miljun tal-interconnector li qed ikun assorbiti f’numru ta’ snin iżda l-ispiża tal- powerstation ġiet inkluża fil-prezz tal-konsum tal-elettriku prodott mill-Electrogas.

Muscat qal li l-Gvern dejjem irid jkollu powerstation oħra bħala għal li jista’ jkun, biex il-pajjiż ma jiddependix biss fuq pajjiżi oħra għal enerġija.

Il-Prim Ministru qal li fl-ewwel sitt xhur tal-powerstation, meta sar ir-rapport, il-magni kienu qed jaħdmu fir-running in fejn kien iktar fuel iżda illum il-powerstation hija aktar effiċenti.

Huwa qal li permezz tal-qalba fl-enerġija, il-Gvern salva numru ta’ tfal mill-mard.
Dwar l-kritika li saritlu fuq l-investigazzjoni maġisterjali 17 Black, Muscat qal illum għandu ċ-ċans li jdawwarha fuq l-kap tal-Oppożizzjoni.

Il-Prim Ministru tkellem ukoll fuq il-liġi tal-IVF wara li l-ministru tas-saħħa Chris Fearne ftit qabel ħabbar li mindu daħlet fis-seħħ il-liġi amendata tal-IVF, hemm disa’ nisa tqal bil-liġi l-ġdida.