Il-Prim Ministru Taljan jakkuża lil Salvini bħala ‘żleali’

Read in English.

Il-Prim Ministru Taljan Giuseppe Conte akkuża lill-Ministru għall-Intern Matteo Salvini li hu żleali u li hu ossessjonat biex jimblokka l-immigrazzjoni. Conte stqarr dan f’ittra pubblika fuq il-midja soċjali, ittra li kompliet tintensifika l-ġlied intern fil-koalizzjoni li qed tmexxi l-Gvern.

Conte, li mhux parti mill-ebda partit, qal li Salvini uża l-każ riċenti fejn ċaħħad lill-bastiment Open Arms milli jidħol fil-portijiet Taljani, biex jisfida lill-mexxej tal-partit l-ieħor tal-koalizzjoni, Lega Nord.

Il-ġimgħa l-oħra Salvini ħabbar uffiċjalment li l-partit tiegħu mhux lest jibqa’ jappoġġja l-alleanza mal-Moviment tal-Ħams Stilel, filwaqt li stqarr li qed jittama li ssir elezzjoni oħra dalwaqt. Dan bil-għan li japprofitta ruħu miż-żieda fil-popolarità li l-partit tiegħu kiseb riċentament.