Read in English.
Il-Prim Ministru Taljan Giuseppe Conte ħassar il-laqgħa infurmali mal-Prim Ministru Malti Joseph Muscat li kienet ippjanata għal Ġimgħa f’Ruma.
Kelliem għall-Gvern Taljan ikkonferma li l-laqgħa tħassret bir-raġuni uffiċjali tkun minħabba impenji ġodda tal-aħħar ħin għall-Prim Ministru Conte.
Muscat mistenni jitlaq lejn l-Italja l-Ġimgħa stess fejn se jattendi d-dijalogu Mediterranju f’Ruma.
Huwa mistenni jiltaqa’ mal-Papa Franġisku fil-Vatikan nhar is-Sibt.
Għadu mhux mifhum jekk Conte ħassarx il-laqgħa minħabba l-aħħar żviluppi politiċi f’Malta.