Il-Prim Ministru Taljan Conte jaċċetta mandat biex jifforma Gvern ieħor

Italian Prime Minister Giuseppe Conte arrives at the Lower House of the Parliament in Rome, Italy, August 29, 2019. REUTERS/Ciro de Luca

Read in English.

Il-Prim Ministru Caretaker Giuseppe Conte aċċetta mandat mill-President Taljan Sergio Mattarella biex jifforma gvern ta’ koalizzjoni bil-ħalfa li se jmexxi Italja magħquda u inklussiva, ġimgħa wara li waqa’ l-Gvern dominat mill-Partit tal-Lega.

Huwa qal li l-Italja għandha rwol importanti fl-Ewropa, liema stqarrija timmarka bidla radikali mill-politika tal-lemin immexxija mil-Lega.

Kien Matteo Salvini li waqqa’ l-Gvern li tiegħu kien Viċi-Prim Ministru, waqt li issa l-ikbar Partit fl-Italja, iċ-Cinque Stelle, laħaq ftehim mal-Partit Demokratiku, il-Partit tas-Soċjalisti fl-Italja.