Il-Prim Ministru tal-Malażja meħlus minn akkużi ta’ korruzzjoni

L-ogħla prosekutur fil-Malażja ħeles lill-Prim Ministru tal-pajjiż mill-akkużi ta’ korruzzjoni li skandlu li kien ilu jkaxkar b’dannu fuq il-pajjiż.
Il-Prim Ministru Najib Razak kien akkużat li s-somma ta’ $681 miljun (€628 miljun) kien ħadhom minn fond ta’ investiment tal-Gvern.
Imma l-Qorti issa ħelsitu mill-akkuża u emmnet id-dikjarazzjoni tal-Prim Ministru li l-fondi kienu ngħataw, bħala donazzjoni personali, mill-familja rjali tal-Arabja Sawdija.