Il-Prim Ministru tal-Iraq jitlob azzjoni kontra l-IS

Il-Prim Ministru tal-Iraq, Nouri Maliki, ordna lill-forzi armati tal-ajru biex jgħinu lil dawk li qed jiġġieldu l-grupp militanti IS.
Dan wara li lbieraħ, il-grupp militanti, ħataf il-Belt ta’ Zumar u żewġ villaġġi oħra fil-viċin.
Il-Ħadd li għadda, il-militanti ħatfu wkoll il-Belt ta’ Sinjar viċin il-fruntiera Sirjana.
Il-forzi, li qed jiġġieldu lill-militanti tal-IS, qalu li qed jippjanaw attakk u li fl-aħħar sigħat irnexxilhom jirbħu lura l-Belt ta’ Zumar.
Uffiċjal tal-Forzi Armati qal li s-sitwazzjoni hija serja ħafna u għaldaqstant jeħtieġ li jittieħdu passi fi żmien qasir.
Ilbieraħ, in-Nazzjonijiet Magħquda qalu li eluf kbar ta’ persuni kellhom jaħarbu minn djarhom f’Sinjar u Zumar.