Il-Prim Ministru se jattendi għal laqgħa urġenti fi Brussell

Il-Prim Ministru Joseph Muscat mistenni jingħaqad mal-bqija tal-mexxejja Ewropej biex jiddiskutu l-pakkett finanzjarju għall-Ukrajna.
Din il-laqgħa mistennija ssir għada wara li l-Kummissjoni Ewropea llum qablet fuq pakkett li jidentifika numru ta’ miżuri biex tassisti lill-Ukrajna b’mod ekonomiku u finanzjarju.

Minħabba l-fatt li anke l-Prim Ministru ta’ Malta ssejjaħ għal din il-laqgħa urġenti, Dr Muscat mhux se jkun jista’ jindirizza l-konferenza ta’ The Economist li se tibda għada.