“Il-PM ma jemminx fil-Planning u dik hi l-ikbar problema” – Prof. Torpiano

Prof Alex Torpiano, president tal-għaqda din l-Art Ħelwa, qal li fil-każ tal-ambjent il-pajjiż għadu jrid jibda jitkellem fuq l-interess komuni. Huwa qal li l-żvilupp sar dritt.

Meta kien qed jitkellem ma’ Fr Joe Borg waqt il-programm the Newsbook Hour, Prof Torpiano qal li f’Malta ma jeżistix ippjanar veru ta’ fejn iridu naraw lil Malta f’50 sena. Huwa qa li fl-Planning Authority jeżisti development control iżda mhux planning għax il-Prim Ministru stess stqarr li ma jemminx fl-ippjanar iżda l-pajjiż irid jirreaġixxi maċ-ċirkustanzi partikulari.

“Il-Prim Ministru went on record li ma jemminx fi planning. Dik hi l-ikbar problema. Jekk il-Prim Ministru ma jemminx fi planning, kif tridhom jemmnu n-nies ta’ taħtu?” stqarr Torpiano.

Huwa qal li hemm nuqqas ta’ leadership f’dan il-qasam u forsi wieħed irid jagħmel kif għamlu pajjiżi oħra u jnaqqas ir-ritmu ekonomiku.

“M’għandiex inkomplu ngħidu hekk: jew nibqu nwessgħu t-toroq jew nibqgħu nibnu hemm għax inkella mmorru lura ekonomikament, allura paċenzja rridu nitilifu dawn is-sigar. Ma naħsibx li dan hu mudell soċio-ekonomiku veritier,” qal Torpiano.