Il-Prim Ministru Lawrence Gonzi dwar l-iskemi għan-negozji żgħar

Il-Prim Ministru Lawrence Gonzi rrefera għall-iskemi li ħareġ il-gvern biex in-negozji ż-żgħar u s-self employed jinvestu fin-negozju tagħhom u qal li fil-Programm Elettorali tal-Partit Nazzjonalista qed jipproponi li jkompli jinvesti f’dan is-settur billi jinċentiva lil iktar nies ħalli jiftħu negozju.

Lawrence Gonzi qal dan meta kien qed jagħmel żjara lill-komunità kummerċjali ta’ Ħaż-Żabbar. Semma fost l-oħrajn il-proposti dwar dak li qed jiġi offrut għal dawk li ma jaħdmux, jew ilhom jirrreġistraw ħames snin u n-night tariff. Huwa qal li dan qed isir biex ikompli jinħoloq ix-xogħol fil-pajjiz u fil-ħames snin li ġejjin iridu jinħolqu tal-inqas 25 elf post tax-xogħol.

Sadanittant, il-Prim Ministru żar raħħal li jispeċjalizza fil-produzzjoni tal-ġbejniet li għandu razzett f’H’Attard u gawda mill-fondi tal-Unjoni Ewropea u se jkompli jinvesti biex ikabbar il-produzzjoni.