Il-Prim Ministru “kompliċi” la qed ikompli jiddefendi lil Mizzi u Schembri – Simon Busuttil

L-Eks Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busttil qal li l-Prim Ministru qed jagħti x’jifhem li huwa kompliċi meta qed ikompli jiddefendi lil Ministru Konrad Mizzi u c-Chief of Staff Keith Schembri, minkejja s-sejħiet internazzjonali biex ikeċċihom. Waqt l-aġġornament fil-Parlament, Dr. Busuttil qal li tliet xhur wara l-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia, sallum il-pajjiż ma jafx min verament kkummissjona da nil-qtil barbaru minkejja li tressqu tliet minn nies il-qorti. Huwa qal li fid-dawl ta’ dan l-ewwel aġġornament tas-sena għandu jkun għall-memorja ta’ Daphne Caruana Galizia.
Waqt li rrefera għar-rapport tal-Parlament Ewropew dwar l-investigazzjoni fuq is-Saltna tad-Dritt f’Malta, Dr. Busuttil fakkar li d-delegazzjoni kienet immexxija minn Ewroparlamentari Soċjaliista u għalhekk żgur ma kinitx politikament motivata. Qal li r-rapport wera kemm il-Gvern, speċjalment il-Prim Ministru qed jagħmel ħsara lill-pajjiżna. Qal li dan japplika kemm għal kif il-Gvern aġixxa fil-konfront l-iskandlu tal-Panama Papers u anke l-assassinju ta’ Caruana Galizia’s assassination, he said.
Dr. Busuttil qal li jintendi jaqbel ma min jgħid li r-rapport ma qal xejn ġdid għax fi kliemu il-Partit Nazzjonalista ilu x-xhur jinsisti fuq il-punti kollha li tqajjmu. Qal li d-differenza issa hija li dan il-kliem qed jgħidu l-Parlament Ewropew ukoll u mhux il-Partit Nazzjonalista biss. Qal li l-pajjiż u l-Gvern ma jistax jinjora dak li qed tgħid istituzzjoni serja bħall-Parlament Ewropew.
Huwa tkellem dwar dak li rrapporta l-Parlament Ewropew u qal li r-rapport jitkellem ċar li f’Malta hawn problema dwar is-separazzjoni tal-poter u b’hawnx biżżejjed
checks and balances li jirregolaw lill-Gvern. Qal li dan qed jispiċċa biex qed jiġi mittiefsa r-reputazzjoni ta’ Malta. Qal li huwa ta’ ħsara għall-pajjiż li Konrad Mizzi u Keith Schembri għadhom ma tneħħewx mill-kariga meta l-istess rapport tal-Parlament Ewropew jgħid ċar li t-tnejn li huma għandhom jitneħħew u jiġu investgati kriminalment. Semma li għada hu u l-MP Jason Azzopardi se jerġgħu jistembħu l-Qorti biex ikomplu t-tentattiv tagħhom li jsir dak li ma jridx il-Prim Ministru.
Dr. Simon Busuttil qal li iktar ma Mizzi u Schembri jibqgħu f’posthom, iktar qed jikber is-sens ta’ impunita’ fil-pajjiż. Qal ukoll li l-Prim Ministru gideb mal-MEPs u dan ħareġ mill-analiżi li għamlet il-media indipendenti.
 Dr. Busuttil qal li fil-pajjiż hawn paraliżi istitituzzjonali. Qal li l-Pajjiż għandu jibqa’ impenjat li jiġġieled għall-Ġustizzja u għal dak li hu sewwa. Qal li kulħadd jista’ jagħmel il-parti tiegħħu. Qal li jgħodd mhux min jirbaħ jew jitlef iżda li kulħadd isib il-kuraġġ jagħmel dak li hu sewwa.