Il-mara tal-Prim Ministru Kanadiż għandha l-coronavirus

FILE PHOTO: Liberal leader and Canadian Prime Minister Justin Trudeau and his wife Sophie Gregoire Trudeau hug on stage after the federal election at the Palais des Congres in Montreal, Quebec, Canada October 22, 2019. REUTERS/Carlo Allegri

Il-mara tal-Prim Ministru Kanadiż ġiet ittesstjatha pożittiva għall-coronavirus.

Dan tħabbar fi stqarrija uffiċjali mill-Gvern Kanadiż. 

Filwaqt li Trudeau ma kellu ebda sintomi, huwa baqa’ jaħdem mid-dar. Il-laqgħat li kellu ppjanati se jsiru permezz tat-telefon. 

Il-mara tal-Prim Ministru Kanadiż kienet ir-Renju Unit fejn kienet qed tieħu sehem waqt konferenza f’Londra. Mar-ritorn tagħha fil-Kanada, hija bdiet tħoss sintomi bħal tal-influwenza, fosthom id-deni. 

Fid-dawl tal-imxija tal-coronavirus, ġie deċiż li hi flimkien ma’ żewġha joqogħdu fi kwarantina. 

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn