Il-Prim Ministru juża l-jet privat 11-il darba

Il-Prim Ministru Joseph Muscat uża l-jet privat 11-il darba,  mill-elezzjoni ’l hawn, biex attenda għal laqgħat tal-mexxejja tal-UE, il-parti l-kbira tagħhom fi Brussell ħlief għal laqgħa f’Vilnius il-Litwanja u f’Leipzig, il-Ġermanja.
Is-Segretarju Parlamentari Michael Falzon, f’isem il-Prim Ministru, ta d-dettalji fil-Parlament fi tweġiba għal Mistoqsija Parlamentari tad-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi.
Iż-żjarat seħħew f’Marzu, f’Mejju, f’Ġunju, f’Ottubru, f’Novembru u f’Diċembru tal-2013 u din is-sena s’issa, darbtejn f’Marzu, f’April, f’Mejju u f’Ġunju.
Michael Falzon qal li f’dawn iż-żjarat, il-Prim Ministru kien akkumpanjat minn membri tal-Kabinett, minn uffiċċjali tal-Ministeru tal-Finanzi, minn uffiċċjali minn Dar Malta u oħrajn mis-Segretarjat Privat tiegħu.