Ritratti: Il-Prim Ministru jżur Għawdex u Kemmuna

Aġġornat 08:16 PM
Miguela Xuereb

Read in English.

Il-Prim Ministru Robert Abela salpa lejn Kemmuna llum waranofsinhar, peress li llum iltaqa’ mal-familja li toqgħod hemmhekk u wara mal-Għawdxin.

Fi triqtu lejn Kemmuna, il-Prim Ministru ħa t-tmun tad-dgħajsa u saqha hu stess. Abela kemm-il darba qal li hu jħobb ħafna l-baħar.

F’Għawdex, il-PM żar iċ-Ċentru Laburista tax-Xewkija, tax-Xagħra u tal-Qala.

In-nies kienu qed jistennewh bi ħġarhom fix-Xewkija, u laqgħuh flimkien mal-Membru Parlamentari Ewropew Għawdxija Josianne Cutajar.

Bħal-lum ġimgħa, Abela għamel l-ewwel żjara tiegħu f’Għawdex bħala Prim Ministru. Huwa għamel xi diskors fil-pjazza tar-Rabat.